Tifħir u Gratitudini (#7970)

Kull tifħir, O Alla tiegħi, lileK Li int il-Għajn ta’ kull glorja u maestà, ta’ kobor u ġieh, ta’ saltna u ħakma, ta’ ġħoli u grazzja, ta’ biża’ mqejjem u qawwa. Lil kulmin Inti trid Int iġġagħlu jinġibed lejn l-Akbar Oċejan, u fuq min Inti tixtieq Int issawwab il-ġieh li jagħraf l-Eqdem Isem tiegħeK. Minn dawk kollha li jinsabu fis-sema jew fuq l-art, ħadd ma jista’ għal tħaddim ir-Rieda tiegħeK sultana. Sa minn dejjem Int mexxejt il-ħolqien kollu, u Int tissokta għal dejjem tħaddem il-ħakma tiegħeK fuq il-ħwejjeġ kollha maħluqa. M’hemmx Alla iehor għajrek, is-Setgħani, l’Aktar Għoli, il-Qawwi f’Kollox, il-Għaref f’Kollox.

Dawwal, O Sid, l-uċuh tal-qaddejja tiegħeK, biex huma jkunu jistgħu jarawK; u naddaf qlubhom sabiex ikunu jistgħu jduru lejn il-qorti tal-għoġbat tiegħeK smewija, u jagħirfu lilU Li huwa Mdieher ta’ InnifseK u l-Għajn il-Jum ta’ l-Essenza tiegħeK. Fis-sewwa, Inti is-Sid tad-dinjiet kollha. M’hemmx Alla għajreK, li Ma Mxekkel, li Tagħleb-Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tifħir u Gratitudini (#7971)

Imkabbar Ikun ismeK, O Sid Alla tiegħi! Int huwa Dak Li l-ħwejjeġ kollha jqimu u Li ma tqim lil ħadd, Li int is-Sid ta’ kollox u il-qaddej ta’ xejn, Li taf kollox u magħruf minn xejn. Inti xtaqt li l-bnedmin ikunu jafuK; għalhekk, Int, bil-kelma ta’ fommoK, sawwart il-ħolqien u fassalt l-univers. M’hemmx Alla ieħor għajreK, il-Fassal, il-Ħallieq, is-Setgħan, l-Aktar Qawwi.

Nitolbok, f’ġieh din il-kelma li iddiet fuq ix-xefaq tar-rieda tiegħeK, li tħallini nixrob fit-tul mill-ilmijiet ħajja li bihom Inti ħjejt il-qlub tal-magħżulin tiegħeK u ħeġġiġt l-erwieh ta’ dawk li jħobbuK, sabiex jien, kull hin u f’kull qagħda, indawwar wiċċi għal kollox lejK.

Int l-Alla tal-qawwa, tal-glorja u tal- ġid. M’hemmx Alla għajreK, il-Mexxej Suprem, il-Glorjuż f’Kollox, li Jaf Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Tifħir u Gratitudini (#7972)

Inti glorifikat, O Sid Alla tiegħi! Jien niżżiK ħajr talli hallejtni nagħraf il-Wiri tiegħeK Innifsek, u talli qtajtni mill-egħdewwa tiegħeK, u berraħt quddiem għajnejja l-egħmejjel ħziena tagħhom u ħidmiethom ħajna fil-jiem tiegħeK, u talli ħlistni minn kull irbit magħhom, u ġagħaltni indur għal kollox lejn il-grazzja u l-għoġbat tajba tiegħeK. Jien niżżiK ħajr, ukoll, talli niżżilt fuqi mis-sħab tar-rieda tiegħeK dak li hekk qaddisni mill-ħjiel tal-infidili u taqwil dawk li jemmnux li jien waħħalt qalbi fis-sod fuqeK, u ħrabt minn dawk li ċaħdu d-dawl ta’ wiċċeK. Mill-ġdid nerġa’ niżżiK ħajr talli tajtni s-saħħa li nkun sod fl-imħabba tiegħeK, u li nlissen it-tifħir lileK u ngħolli tjibateK, u talli tajtni nixrob mill-bieqja tal-ħniena tiegħeK li għaddiet kull ħaġa li tidher jew li ma tidherx. 

Int is-Setgħani, l-Aktar Għoli, l-Aktar Glorjuż, li Tħobb Kollox.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

